Internazzjonali

Mietet l-attriċi Taljana Virna Lisi

Id-dinja taċ-ċinema fl-Italja qed tibki l-mewt ta’ Virna Lisi, fl-età ta’ 78 sena, li tibqa’ famuża bħala waħda mill-aktar atturi Taljani li kellhom profil internazzjonali għoli wara karriera mimlija suċċessi f’Hollywood kif ukoll f’pajjiżha.
Lisi bdiet il-karriera ta’ attriċi bħala adolexxenti u tul is-snin ħadmet ma’ personalitajiet magħrufa fosthom Totò, Jack Lemmon, Tony Curtis, Frank Sinatra, Rod Steiger u Anthony Quinn. Fl-aħħar snin, l-attriċi veterana ħadet sehem fi produzzjonijiet għat-televiżjoni fl-Italja.