Lokali

“Muscat imdawwar b’nies li ħadd ma jista’ jmisshom”

Waqt il-programm “Iswed fuq l-Abjad” li xxandar ilbieraħ filgħaxija fuq NET TV, il-preżentatur Frank Psaila intervista lid-deputata tal-Gvern Marlene Farrugia, u għamel referenza għad-diversi kitbiet tagħha fuq Facebook. B’mod partikolari, irrefera lill-backbencher laburista għal dak li kitbet dwar kif il-Prim Ministru Joseph Muscat hu mdawwar bl-“untouchables”.

Waqt il-programm, id-deputata Laburista qalet li l-Prim Ministru hu mdawwar b’nies li ħadd ma jista’ jmisshom, jagħmlu x’jagħmlu. Skont Marlene Farrugia, dak li kien jiġri fil-passat, qed jerġa’ jiġri issa, bil-Prim Ministru Muscat qed ikun imdawwar b’nies li qed jiddettawlu kif għandu jitmexxa l-pajjiż.