Lokali Saħħa

Pazjent ħarab wara li ħa ċwievet li waqgħu minn but

Pazjent ħarab minn seclusion ward fl-Isptar Monte Carmeli wara li ġabar ċwievet li waqgħu minn but ta’ uffiċjal tal-Isptar u ħarab u qabeż ċint. Il-pazjent kien inqabad ftit sigħat wara.

kien ikkonfermat mis-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa fil-Parlament meta kien mitlub mid-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech jinforma lill-Kamra bil-konklużjonijiet tar-rapport tal-Bord tal-Investigazzjonijiet dwar il-każ ta’ pazjent li ħarab minn seclusion ward tal-Isptar.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Fearn qal li r-rapport hu konkluż u ma kienx qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra minħabba li fih dettalji ta’ persuni, iżda kien lest li b’mod kunfidenzjali l-Kelliem għas-Saħħa tal-Oppożizzjoni jara u janalizza r-rapport.

Claudio Grech fisser li dak li qed jistaqsi hu dwar il-konklużjonijiet u mhx id-dettalji, u kompla jistaqsi jekk l-inċident kienx riżultat ta’ negliġenza.

Is-Segretarju Parlamentari spjega li ma kienx hemm konklużjoni li kien każ ta’ negliġenza iżda xorta kien hemm rakkomandazzjoni li l-individwu jkun dixxiplinat.