Il-President Amerikan, Barack Obama, u l-Mexxej ta’ Kuba, Raul Castro, irringrazzjaw lill-Papa Franġisku talli serva bħala medjatur fl-impenn għal ftehim storiku li jippermetti għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi li ilhom avversarji ta’ xulxin miż-żmenijiet tal-Gwerra Bierda.
L-iżblokk hu sinifikattiv daqskemm kien sorprendenti, u seħħ wara 18 il-xahar ta’ taħditiet sigrieti dwar il-ħelsien ta’ priġunieri.
Il-President Obama u l-President Castro it-tnejn ikkonfermaw li issa spiċċat il-politika ‘antika’ tal-Istati Uniti biex Kuba titħalla iżolata. Ħarġu wkoll dettalji dwar sensiela ta’ passi mill-White House ta’ Washington biex jonqsu r-restrizzjonijiet għall-ivvjaġġjar u l-attivitajiet diplomatiċi u kummerċjali li ilhom is-snin imposti fuq Kuba. Sadanittant, Kuba mistennija teħles lill-Amerikani u d-dissidenti miżmuma f’Havana.
Aktar f’IN-NAZZJON ta’ għada l-Ġimgħa
//= $special ?>