Lokali

Sejba ta’ 185 flixkun alkoħoliku bil-kutrabandu

Id-Dipartiment tad-Dwana ilbieraħ filgħaxija qabad konsenja ta’ 185 flixkun alkoħoliku f’karozza li kienet għadha kif waslet abbord katamaran minn Sqallija.

Fi stqarrija, d-Dipartiment tad-Dwana qalet li s-sejba saret wara li l-Uffiċjali ssuspettaw fil-vettura bi pjanċi ta’ reġistrazzjoni Maltija. Hu mifhum li l-alkoħol kien intenzjonat li jiddaħħal f’Malta. Il-vettura u l-alkoħol inżammu mid-Dwana għal aktar investigazzjonijiet.

Ftit tal-jiem ilu, id-Dipartiment tad-Dwana għamel sejba oħra, din id-darba tad-droga fil-pussess ta’ Niġerjan. Dakinhar, in-Niġerjan instab li kellu fil-pussess tiegħu kilogramma droga ħaxixa moħbija ma’ affarijiet tal-ikel fil-bagalja. Anke f’dan il-każ, il-persuna kienet għadha kif waslet Malta abbord katamaran minn Sqallija.