Lokali Unjoni Ewropea

Simon Busuttil jattendi summit tal-Partit Popolari Ewropew

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil illum kien fi Brussell fejn attenda s-Summit tal-Partit Popolari Ewropew bi tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew.

Din kienet l-ewwel laqgħa tal-PPE minn meta l-eks Prim Ministru Pollakk Donald Tusk inħatar bħala l-President tal-Kunsill Ewropew.

Għal-laqgħa kienu preżenti mexxejja Ewropej, fosthom Angela Merkel tal-Ġermanja, Mariano Rajoy ta’ Spanja, Antonis Samaras tal-Grecja kif ukoll il-President il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker.