L-ilmenti mill-Forzi Armati ta’ Malta li waslu fl-Uffiċċju tal-Ombudsman żdiedu b’140% matul is-sena li għaddiet meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Ir-Rapport Annwali tal-Ombudsman, li kien ippreżentat fil-Parlament, jgħid li l-maġġoranza kbira tal-ilmenti kienu relatati mal-promozzjonijiet li seħħew matul l-2013.
Fil-fatt, l-Armata kienet l-aktar organizzazzjoni pubblika li ressqet ilmenti għand l-Uffiċċju tal-Ombudsman. L-Uffiċċju tal-Ombudsman u l-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali jinsabu fi kwistjoni legali għax dan tal-aħħar ma kkoperax mal-Ombudsman fl-istħarriġ tal-ilmenti, kif titlob il-Liġi. Il-Ministeru baqa’ jinsisti li skont il-Liġi, is-suldati għandhom jirrikorru għand il-President meta jkollhom ilment dwar deċiżjonijiet meħuda fl-Armata.
Matul l-2013, l-Ombudsman irċieva 36 ilment mill-Armata. Dan ifisser żieda fuq il-15-il ilment li daħlu fl-2012 u sitt ilmenti fl-2011. Wara l-Armata, l-akbar numru ta’ lmenti għand l-Ombudsman waslu mill-Kunsilli Lokali.
//= $special ?>