Qorti

Brittaniku mixli li ħebb għall-Pulizija waqt li kien fis-sakra

Brittaniku ta’ 27 sena ġie mixli quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke li attakka lill-Pulizija waqt li hu kien fis-sakra. Huwa ġie mixli wkoll li fis-sigħat bikrin ta’ nhar il-Ħamis filgħodu irreżista l-arrest u ddisturba l-paċi pubblika.

Liam Oliver Smith, li jaħdem f’Malta ma’ kumpanija tal-assikurazzjoni lokali allegatament ikkawża fermet f’Paċeville għall ħabta tat-2.45am ta’ nhar il-Ħamis li għadda. Waqt li nstema l-każ tiegħu Smith beda jolfoq u deher eċitat ħafna, fejn huwa kien mixli li kien “mejjet fis-sakra”.

Smith wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih. Huwa ngħata l-liberta’ proviżorja fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €2,000. L-Ispettur Elton Taliana mexxa l-Prosekuzzjoni filwaqt li l-Avukati Michael u Lucio Sciriha deheru għall-Brittaniku.