Il-kumpanija Sony Pictures iddeċidiet li tirtira film ġdid – kummiedja li tittratta l-assassinju fittizju tal-President tal-Korea ta’ Fuq Komunista, Kim Jong-un – minħabba theddid xokkanti minn grupp ta’ hackers.
Sadanittant, l-investigaturi fl-Istati Uniti qegħdin iwaħħlu fir-reġim ta’ Pyongyang rigward l-attakki ‘cyber’ fuq l-interessi ta’ Sony.
Il-premiere ta’ ‘The Interview’ baqa’ ma sarx fi New York, u sorsi infurmati qed jgħidu li kumpanija li tmexxi l-kumplessi taċ-ċinema, issa ddeċidiet li ma turix il-film, li fil-partijiet prinċipali għandu lill-atturi James Franco u Seth Rogan.
Il-hackers, li qalu kienu huma li, ix-xahar li għadda, ħatfu kontroll tas-sistema tal-kompjuter ta’ Sony Corporation, wissew biex in-nies iżommu ’l bogħod mis-swali taċ-ċinema li juru l-film ‘The Interview’.
L-aktar messaġġ xokkanti tal-hackers kien biex id-dilettanti tal-films jiftakru fl-attakki terroristiċi bl-ajruplani li seħħew kontra l-Istati Uniti fil-11 ta’ Settembru tal-2001.
Imkejjen qrib il-kumpanija Sony ma kkummentawx dwar it-theddid, u kelliema għal Landmark – il-kumpanija li kellha torganizza l-premiere ta’ ‘The Interview’ fis-Sunshine Cinema ta’ New York — kkonfermat b’email li l-avveniment kien tħassar, mingħajr ma spjegat għala.
Film dwar Kim Jong-un irtirat fost it-theddid
