Bejn illum u għada tintlagħab il-finali tat-Tazza Louis Borg fuq żewġ legs bi Floriana Cafe Del Mar jipprovaw iwaqqfu lil Athleta A to Z Electronics milli jirbħu t-tielet unur tagħhom tal-istagun.
Il-holders Athleta jibdew kemmxejn aktar favoriti li jirbħu dan l-unur. Il-kowċ ta’ Athleta J. Galea, bir-ritorn tax-xutter veteran S. Schembri għandu aktar għażla biex jipprova jibdel l-andament tal-logħba.
Il-problema ta’ Athleta tista’ tkun li l-plejers veterani tagħhom jħossu li jkollhom jilagħbu żewg partiti f’jumejn anki għax ma tantx għandu għażla fuq il-bank.
L-anqas M. Tabone, kowċ ta’ Floriana, m’għandux għażla vasta wara li tilef is-servizz tal-veteran M. Merceica li hu imweġġa’. Floriana jridu juru logħob aktar aggressiv fid-difiża u jkollhom is-sabar biex idawwru l-ballun fl-attakk milli jixutjaw kif jaraw il-basket.
Ħafna se jiddependi jekk l-Olandiż ta’ FlorIana N. Oudendag jirnexxilux isib l-ispazju taħt il-board u kif se jimmarkaw lil C. Patus.
Il-Ħadd jintlagħbu t-tieni leg tas semi-finali tat-Tazza Louis Borg tan-nisa fejn il-logħba prinċipali se tkun dik bejn ir-rivali ta’ dawn l-aħħar snin Pavi Depiro u Caffe Moak Luxol. Hi kemmxejn diffiċli biex wieħed ibassar fejn se tmur ir-rebħa u kollox jiddependi mill-episodji. Depiro jittamaw li jirkupraw il-captain tagħhom S. Brincat.
Mill-kampjonat tat-Tieni Diviżjoni Phoenix Frank Salt jibdew favoriti kontra Starlites waqt lil-logħba bejn Hibs u SN Suns għanda tkun aktar bilanċjata.
//= $special ?>
