Internazzjonali Kurżitajiet

Ġesu’ jilgħab ma’ Chelsea?

Ġesu’ jilgħab ma’ Chelsea! Din kienet il-konklużjoni ta’ tifel wieħed minn kull ħamsa fl-Ingilterra.

Studju li sar fost 1,000 tifel u tifla fl-Ingilterra wera li 20% minnhom jemmnu li Ġesu’ Kristu jilgħab mat-tim tal-futbol ta’ Chelsea.

L-istħarriġ staqsa lit-tfal: “Min hu Ġesu’ Kristu?” a) Futboler ma’ Chelsea b) L-iben t’Alla ċ) Preżentatur tat-televiżjoni d) Parteċipant ta’ X Factor jew e) Astronawta.

U jidher li 20% ta’ dawk kollha li wieġbu qalu li Ġesu’ huwa futboler ma’ Chelsea!