Il-manager ta’ Chelsea Jose Mourinho ikkonferma li fil-jiem li ġejjin il-playmaker Eden Hazard se jġedded il-kuntratt mal-Blues. Rapporti fil-midja Ingliża qed jgħidu li l-plejer Belġjan se jibda jirċievi salarju ta’ madwar 200 elf lira sterlina fil-ġimgħa u li se jiffirma kuntratt ta’ ħames snin.
Hazard, li għad għandu 23 sena kien ingħaqad ma’ Chelsea fl-2012 mingħand Lille.
Intant, l-aġent tal-eks plejer ta’ Chelsea li bħalissa qiegħed ma’ Milan, Essien qal li dan mhux se jħalli lir-Rossoneri f’Jannar li ġej. Il-kuntratt ta’ Essien jiskadi fi tmiem l-istaġun imma f’kummenti li ta Fabien Piveteau qal li Essien se jibqa’ mal-klabb Taljan sa Ġunju u wara jiddeċiedi l-futur tiegħu.
//= $special ?>