Il-gowlkiper ta’ Everton Tim Howard qal li jittama li jilgħab fit-Tazza tad-Dinja tal-2018 li se ssir fir-Russja.
Howard, li għandu 36 sena kellu wirjiet mill-aqwa fit-Tazza tad-Dinja li saret fis-sajf li għadda fil-Brażil u fil-fatt waqqaf rekord ta’ saves (16) fil-logħba kontra l-Belġju. Howard kien anke ivvutat bħala l-aqwa plejer Amerikan għal din is-sena. Wara li intemmet it-Tazza tad-Dinja Howard qal li se jagħmel sena ma jilgħabx mat-tim nazzjonali imma la darba jirritorna jrid jibda jħejji biex jiddefendi postu bejn il-lasti Amerikani.
Howard, li s’issa lagħab 104 darbiet mal-Istati Uniti s’issa ħa sehem fi tliet edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja (2006, 2010 u 2014) u f’kummenti li ta qal, “Fl-2018 ikolli 39 sena u f’dik is-sena rrid l-ewwel nilgħab l-aħħar partiti mal-klabb tiegħi u ntemm il-karriera bis-sehem tiegħi fit-Tazza tad-Dinja, dejjem jekk nikkwalifikaw għaliha. Nixtieq li sa tmiem il-karriera nirbaħ xi unur ieħor,” qal Howard.
//= $special ?>