Il-kowċ ta’ Pietà Hotspurs Noel Coleiro ġie sospiż għal sitt xhur wara argument li nqala’ fi tmiem il-logħba kontra Floriana. L-inċident seħħ is-Sibt li għadda, hekk kif iż-żewġ timijiet kienu deħlin fid-dressing room fi tmiem il-logħba.
Coleiro ttella’ quddiem il-Bord tad-Dixxiplina minħabba li allegatament ta daqqa ta’ ras lill-plejer ta’ Floriana Steve Pisani fi tmiem argument bejn it-tnejn. L-argument wassal ukoll biex eskala, bis-sehem ukoll ta’ diversi plejers oħra u uffiċjali miż-żewġ naħat.
L-inċident eskala tant li kellhom jintervjenu l-Pulizija biex tiġi kkalmata s-sitwazzjoni.
MaltaRightNow.com jinsab infurmat li l-klabb ta’ Pietà mistenni jappella mid-deċiżjoni.
//= $special ?>