Il-kowċ tal-isprinter Amerikan Tyson Gay, Jon Drummond ġie sospiż għa tmien snin mill-Aġenzija Amerikana ta’ Kontra d-Doping (USADA). Dan wara li kien ta lill-klijent tiegħu sustanzi prjobiti. Is-sospensjoni bdiet tgħodd mis-17 ta’ Diċembru u issa Drummond mhux se jkun jista’ jmexxi lill-ebda atleta jew jattendi avvenimenti tal-IAAF.
Ta min jiftakar li Tyson Gay innifsu, aktar kmieni din is-sena kien ġie sospiż għal sena minħabba li instab pożittiv għad-doping. Is-sospensjoni tal-eks champion dinji tal-100m u tal-200m ġiet imnaqqsa wara li dan ikkolabora mal-USADA.
//= $special ?>
