FORMULA 1: Numru ta’ trofej mirbuħa mir-Red Bull u li kienu insterqu ftit ġimgat ilu mill-kwartieri ġenerali f’Milton Keynes, instabu mgħarrqa fi xmara f’Sandhurst. Dawn it-trofej kienu insterqu jiem wara li l-eks sewwieq u champion tar-Red Bull, Sebastian Vettel, kien ħa ritratt jippoża ma’ vetrina mimlija trofej li intrebħu tul id-dominju tiegħu.
Jidher li sitt irġiel kienu daħlu fil-fabbrika tar-Red Bull u serqu madwar 60 trofew. Madwar 20 trofew instabu fi xmara imma l-pulizija għadha ma indentifikatx min seraqhom.
//= $special ?>