Skont rapport tal-Awditur Ġenerali, fl-2013 l-Isptar Mater Dei nefaq €3.4 miljun aktar minn dak proġettat fl-ikel u t-tindif, filwaqt li l-Parkeġġ tal-Isptar sewa lill-poplu €1 miljun. L-analiżi tal-Awditur Ġenerali dwar il-finanzi tal-Isptar stablixxa li l-nefqa fl-ikel u t-tindif telgħu bi 18% aktar minn dak ipproġettat.
Rapport ippubblikat f’The Times jistabilixxi li l-ispejjeż telgħu wara li kuntratturi privati kellhom jiġu ngaġġati biex jagħmlu tajjeb għan-numru ta’ Cleaners li ġew trasferiti jew irtiraw. Jirriżulta li fl-2013, il-kuntrattur għamel tajjeb għal 45,000 siegħa xogħol tal-Cleaners.
Kien hemm ukoll żieda ta’ €99,000 f’infieq aktar minn dak ipproġettat fis-settur tal-kuntratti professjonali, li primarjament jinkludi l-care work u s-servizzi ta’ sigurtà. Dan fisser żieda ta’ 15% fuq il-baġit.
Dwar il-Parkeġġ, jirriżulta li dan sewa €4.6 miljun aktar fl-aħħar erba’ snin minn fondi pubbliċi, anke jekk kien mikri lil operatur privat. Waħda mill-problemi marbuta ma’ dawn kienu t-tariffi li kienu tnaqqsu fl-2007 minħabba li kien hemm ilmenti mill-pubbliku.
Jirriżulta li l-Isptar iħallas għad-dawl tal-Parkeġġ, mikejja li dan hu mmexxi mill-privat. Jirriżulta wkoll li parti mill-kumpless tal-Parkeġġ waqaf jagħmel il-profitti wara li ngħata lil wieħed mill-istaff biex jitmexxa wara li saret pressjoni minn union.
//= $special ?>