Lokali

Programm Mużikali Annwali tal-Milied f’San Ġiljan

Nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Diċembru 2014, fis-7,30pm, is-Soċjetà Muzikali Spinola ta’ San Ġiljan, b’ kollaborazzjoni mal-Pirjol u l-Patrijiet Agostinjani ta’ Paceville, se ttella’ Programm Mużikali Annwali tal-Milied. Dan il-kunċert se jsir fil-Knisja Agostinjana tal-Madonna tal-Bon Kunsill fi Triq il-Knisja, Paceville, San Ġiljan. Dan il-kunċert tista’ tgħid li s-Soċjeta ilha torganizzah mill-bidu tat-twaqqif tagħha.

Fost il-mużika li se tindaqq, se jkun hemm xogħlijiet ta’ Adolphe Adam, John Frederickson, Andrea Bocelli, John Lennon, Francis Zammit u Jose Feliciano.

Waqt dan il-programm se jinġabru fondi b’risq il-Missjoni Agostinjana f’ Malta u fil-Kenya.

Il-banda se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur, Aldo Minuti, filwaqt il-preżentazzjoni tal-Programm ġiet fdata f’ idejn Joe Azzopardi.