Saċerdot Kattoliku, imdejjaq bil-mowbajls jdoqqu l-ħin kollu waqt l-omeliji tiegħu, għadu kif installa apparat tal-apposta sabiex iwaqqaf il-mowbajls milli jdoqqu fil-knisja.
Dun Michele Madonna sab li waqt li jkun qed iqaddes f’Napli fl-Italja, ikun interrott kemm-il darba mill-mowbajls jdoqqu jew minn messaġġi bl-SMS.
Hu qabbad inġinier biex jinstalla apparat ġewwa l-Knisja Santa Maria di Montesanto wara li rċieva approvazzjoni mill-pulizija lokali.
Iżda issa n-negozji lokali qed jitolbuh biex ineħħi dan l-apparat għax huma qed isostnu li dan qed jimblokka t-tranżazzjonijiet bil-credit jew bid-debit cards fil-ħwienet tagħhom.
Dun Michele Madonna qal: “Kont tlabt lin-nies biex jitfu l-mowbajls wara li kemm-il darba kelli nieqaf inwassal l-omeliji tiegħu u dan għax il-ħsejjes tal-mowbajls kienu jtellfuni….il-mowbajls il-ħin kollu jċemplu, saħansitra waqt il-funerali, u dan mhux sew”.
“L-aktar li dejjaqni hu li meta beda dan l-inkonvenjent, in-nies kienu jitfu l-mowbajls bil-mistħija, iżda issa qed jgħattu l-mowbajl b’idejhom u jkomplu jitkellmu.”
//= $special ?>