Forzi Kurdi fit-Tramuntana tal-Iraq qed jgħidu li kisbu l-akbar rebħa fuq il-militanti tal-ISIS.
Il-ġellieda Kurdi qed isostnu li huma rnexxielhom jirbħu l-assedju, li sar fuq l-ISIS, fuq il-Muntanja Sinjar, fejn eluf ta’ Yażidi u Iraqini oħrajn kienu ilhom ċirkondati sa minn Awwissu. L-ISIS jikkontrolla zoni fl-Iraq u fis-Sirja, fejn il-grupp militanti ddikjara kalifat.
Sadattant l-ogħla uffiċjal fil-Pentagon jgħid li ażżjonijiet militari Amerikani mill-ajru qatlu diversi mexxejja militari prominenti tal-ISIS fl-Iraq.
Aktar f’IN-NAZZJON tas-Sibt
//= $special ?>