Ambjent Lokali

RITRATTI: Kundizzjonijiet degredanti għas-suldati li jkunu għassa fil-port tal-Imġarr

Suldati tal-Forzi Armati Maltin li jkunu detailed biex jagħmlu l-għassa fil-port tal-Imġarr f’Għawdex ilhom ix-xhur jagħmlu dan ix-xogħol f’kundizzjonijiet degredanti u esposti għall-elementi.

Dawn m’għandhom l-ebda post fejn jistkennu: la mix-xemx qalila tas-sajf u l-anqas mill-kesħa tax-xitwa.

Ir-ritratti li qed nippubblikaw juru l-post fejn dawn is-suldati qed ikollhom jagħmlu l-għassa fuq barra mingħajr m’għandhom l-ebda forma ta’ kamra, jew kif isejħulha s-suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta: ‘gardjola’.

L-anqas m’hemm faċilitajiet sanitarji għal dawn is-suldati. L-għassa tas-suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta fl-Imġarr ilha li daħlet fis-seħħ mix-xahar ta’ Lulju li għadda u ilhom minn dak iż-żmien jiġu mwiegħda li l-affarijiet se jitranġaw.