Anzjana ta’ 76 sena tilfet ħajjitha wara li ttajret f’ Ħ’ Attard. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-20:45 fi Triq Victor Vassalli.
Il-mara li hi residenta f’Ħ’Attard stess, kienet miexja fuq il-bankina flimkien ma ħabiba tagħha ta’ 70 sena, meta s-sewwieq tal-karozza tat-tip Toyota Vitz tilef il-kontroll u baqa’ tiela fuq il-bankina u laqat lill-mara. Is-sewwieq hu raġel ta’ 28 sena residenti Birkirkara.
Il-mara ta’ 70 sena ma ġarrbet l-ebda ġrieħi.
Fuq il-post waslu l-Pulizija kif wkoll it-tim mediku minn Mater Dei. Il-mara ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.
Ritratti: John Paul Bonanno
//= $special ?>