Internazzjonali Kurżitajiet

RITRATTI: Sejba unika ta’ karrozzi antiki

Sensiela ta’ ritratti li juru sejba unika ta’ karozzi antiki u rari ħafna li saret f’raħal fi Franza u li issa se jinbiegħu fi rkant fi Frar. Hu stmat li dan l-irkant se jdaħħal tal-anqas 16-il miljun ewro mill-bejgħ tagħhom. Il-karozzi kienu ta’ Roger Baillon, dilettant tal-karozzi fis-snin ħamsin. Il-karrozzi issa se jinbiegħu b’irkant fi Frar.
Fosthom hemm 1961 Ferrari 250 GT SWB California Spider – waħda minn 37 li kienu nbnew u din waħedha mistennija tinbiegħ għal aktar minn 10 miljun ewro kif ukoll karrozzi rari ħafna oħra bħal Talbot Lago T26 Saoutchik li darba kienet tar-Re Farouk tal-Eġittu u Panhard-Levassor Dynamic Coupe X76.