Nhar is-Sibt 20 ta’ Diċembru f’attivita’ organizzata mill-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) il-pubbliku, partikolarment l-istudenti, jistgħu jmorru sal-Università ta’ Malta u jaraw film minn ġol-karozza stess. Din l-attivita’ hija waħda mill-ħafna attivitajiet li organizza l-kunsill b’risq l-Istrina.
Infatti kull min jattendi għal din l-attivita’ se jkun mitlub li jagħti donazzjoni għal dan l-għan.
Matul din l-attivita’ se jkun hemm gabbani tal-ikel u x-xorb u anke post apposta għal dawk li jixtiequ jmorru jaraw il-film iżda m’għandhomx karozza.
Il-KSU tħeġġeġ il-pubbliku jattendu filwaqt li tħeġġeġ ukoll lil dawk li se jattendu biex jiftehmu ma’ sħabhom u jużaw l-inqas ammont ta’ vetturi possibbli.
Il-film se jibda fis-18:00 u se jkun qed jintwera f’parkeġġ numru 6 tal-Universita’ ta’ Malta.
Aktar dettalji dwar din l-attivita’ tistgħu ssibuha fuq il-link t’hawnhekk.
//= $special ?>