Il-Pulizija fl-Awstralja qed jinvestigaw sejba makabri f’dar f’Cairns fejn instabu tmint itfal maqtula b’daqqiet ta’ sikkina.
It-tfal kollha għandhom bejn 18-il xahar u 15-il sena. Il-pulizija ssejjħu fuq il-post wara rapport dwar mara b’ġrieħi gravi, iżda waqt it-tfittxija tagħhom għall-mara f’din id-dar, huma sabu wkoll l-iġsma tat-tfal maqtula.
Hu maħsub li l-mara hi omm it-tfal. Għad mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident traġiku, bl-investigazzjonijiet għadhom għaddejin.
//= $special ?>