Internazzjonali

Attakk Amerikan permezz ta’ drone joqtol għaxar militanti fil-Pakistan

Attakk mill-Istati Uniti permezz ta’ drone fil-Pakistan qatel diversi militanti f’reġjun tribali.

Dan l-attakk seħħ ftit jiem wara l-attakk mit-Taliban fi skola f’Peshawar, fejn inqatlu madwar 150 persuna. Fl-attakk Amerikan ġew sparati żewġ missili mid-drone fid-direzzjoni ta’ bini f’Mada Khail fit-Tramuntana ta’ Waziristan u nqatlu għaxar militanti.

Ir-rata tal-imwiet permezz ta’ dan l-attakk mistennija tiżdied.