Ilbieraħ, il-kantanta Federica Falzon kantat f’Ruma waqt il-programm “Un Mondo Da Amare” li xxandar fi trasmissjoni diretta fuq l-istazzjon RAI.
Il-programm televiżiv kien preżentat minn Antonella Clerici u Bruno Vespa, iżda matul il-programm ingħaqad mal-udjenza wkoll Andrea Bocelli, li f’kollegament mill-Istati Uniti, sema’ lil Federica u lil Vincenzo Carni jkantaw live l-kanzunetta “Con Te Partiro”.
//= $special ?>