Lokali

Il-‘Bos Stop’ tal-Iklin: Minn kontroversja għall-oħra

Tiftakruha l-‘Bus Stop’ ta’ Triq il-Wied fl-Iklin, li bi żball kienet inżebgħet ħażin u ġiet taqra ‘Bos Stop’? (Erġa’ aqra l-istorja hawn.)

Wara li din tranġat, issa l-bus stop iċċaqilqet minħabba li fejn kienet qabel issa qed isir xogħol ta’ kostruzzjoni.

Imma minflok tpoġġiet f’post sigur, din il-bus stop tmexxiet għl quddiem sit ta’ kostruzzjni ieħor, deskritt mis-Sindku tal-lokal bħala iktar perikoluż mill-ieħor.

Is-Sindku tal-lokal, Anthony Dalli, kien ta parir biex din il-bus stop ma titpoġġiex f’dan il-post minħabba r-riskji għal dawk li jkunu qed jistennew.