Il-ftehim bejn il-Gvern u l-Kumpanija Autobuses de Leon għas-servizz tat-Trasport Pubbliku kien konkluż dalgħodu.
Dan kien żvelat dalgħodu mill-ġurnal The Times of Malta. Skont sorsi qrib il-Gvern li tkellmu mal-ġurnal, il-kumpanija Spanjola se tieħu f’idejha it-trasport pubbliku fit-8 ta’ Jannar f’dak li qed jissejjaħ bħala soft launch.
Iktar tard matul il-ġurnata, Autobuses de Leon, li se żżid il-kapaċita’ ta’ ġarr ta’ passiġġieri b’20 fil-mija u se tħaddem iktar xufiera.
Is-sussidju lill-kumpanija Spanjola għas-sena d-dieħla se jkun ta’ 23 miljun ewro, ferm iktar mill-10 miljun ewro sussidju li kien jingħata lill-kumpanija Arriva, u mistenni jkompli jiżdied fl-2016.
Sadanittant, għad m’hemm ebda informazzjoni dwar in-nollijiet.
//= $special ?>