Internazzjonali

Il-Korea ta’ Fuq titlob investigazzjoni konġunta mal-Istati Uniti

Il-Korea ta’ Fuq offra li jagħmel inkjesta jew investigazzjoni konġunta mal-Istati Uniti dwar l-attakk permezz tal-internet li sar fuq il-kumpanija Sony Pictures filwaqt li żiedet li hi ma kellha x’taqsam xejn mal-każ.

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Korea ta’ Fuq akkuża lill-gvern Amerikan talli “qed iferrex allegazzjonijiet infondati” u qal li invstigazzjoni tista’ twaqqa’ dawn l-allegazzjonijiet.

L-attakk u theddid sussegwenti kontra swali taċ-ċinema wasslu lil Sony biex iħassru il-wiri tal-film satiriku, The Interview. L-istorja tinvolvi pjani biex ikun assassinat Kim Jong-un, id-dittatur tal-Korea ta’ Fuq.

Il-film The Interview għandu joħroġ għall-wiri fil-Milied, iżda Sony qalet li hi qed tikkunsidra li xxandru “fuq pjattaforma differenti”.

Ara aktar f’il-mument ta’ għada.