Għawdex Lokali

Jitħabbar il-programm tal-Istrina għal Għawdex

Għall-ewwel darba, l-attivitajiet b’risq l-Istrina raw ukoll l-organizzazjoni ta’ jumejn ta’ attivitajiet f’Għawdex.

L-attivitajiet bdew b’quddiesa ikkonċelebrata mill-E.T. l-Isqof t’Għawdex Mario Grech, fil-preżenza tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca.

Matul il-jum il-President qed iżżur bosta lokalitajiet madwar il-gżira ta’ Għawdex, fosthom bi żjarat lit-tfal, lil anzjani u pazjenti fost oħrajn.

L-attivitajiet se jkomplu wkoll għada, b’ġurnata sħiħa ta’ żjarat, mid-9am sat-8.30pm ta’ filgħaxija, bit-tmiem tal-laqgħat isiru fil-belt Victoria, f’Għawdex.