Lokali

Kważi jumejn bla dawl

Sorsi li tkellmu magħna infurmawna li partijiet mill-Gudja ilhom mingħajr dawl għal dawn l-aħħar jumejn, tant li residenti li kkuntatjaw lil dan is-sit qalulna li din is-sitwazzjoni hija waħda inaċċettabli.

Iddeskrivew fost oħrajn in-nuqqas ta’ ilma sħun jew inkella l-problema tal-ikel, li qed ikollu jintrema.

L-appell tagħhom hu li l-awtoritajiet jirranġaw din il-problema mill-aktar fis u jagħmlu tajjeb għal ħsarat u l-inkonvenjenza li qed ikollhom jgħaddu minnha.