Lokali Saħħa

L-azzjonijiet industrijali tal-UĦM jirnexxu

Jintlaħaq ftehim bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Union Ħaddiema Magħqudin li ġabu fi tmiemhom ġimgħa ta’ azzjonijiet industrijali mill-Allied Health Professionals.

Wara ħafna pressjoni mill-UĦM, id-Dipartiment tas-Saħħa se jingaġġa numru sotanzjali ta’ professjonisti biex jimtlew postijiet battala f’diversi oqsma. U dan mhux iktar tard minn Frar li ġej.

Iż-żewġ naħat ftiehmu wkoll biex jibdew diskussjonijiet f’Jannar fuq numru ta’ punti oħra fosthom l-operazzjonijiet il-ġodda fl-irkoppa u fil-qadd, u kif se titħaddem il-Public Private Partnerships li se jsir fl-Isptar San Luqa.

Il-UĦM tibqa’ ssostni li għad hemm il-bżonn ta’ iktar ħaddiema sabiex dawn is-servizzi tas-saħħa jkunu jistgħu jikbru u l-pubbliku jkun jista’ jinqeda’ aħjar.