Il-President Ċiniż Xi Jinping avża lil Hong Kong u lil Macao illum biex jiftakru li huma parti minn “Ċina waħda”, hekk kif dimostranti favur id-demokrazija fiż-żewġ territorji semi-awtonomi talbu għal elezzjonijiet ħielsa.
Diversi dimostranti mmarċjaw fiċ-ċentru storiku ta’ Macau illum wara nofsinhar hekk kif il-President Ċiniż temm żjara ta’ jumejn f’dan il-pajjiż sabiex tfakkar il-15-il anniversarju mindu t-tmexxija ta’ Macau għaddiet mill-Portugal għal idejn iċ-Ċina.
Diversi dimostranti għajtu slogans favur id-demokrazija u biex isiru elezzjonijiet bla ebda indħil miċ-Ċina.
//= $special ?>