Lokali

It-tfajla ta’ 14-il sena għadha nieqsa

Il-Pulizija qed titlob l-għajnuna sabiex tinstab tfajla ta’ 14-il sena li kienet rappurtata nieqsa.

Marilyn Cernigliaro hi twila ħames piedi u erba’ pulzieri, rqiqa, għandha xagħar twil skur u l-aħħar li ntlemħet kien it-Tnejn filgħodu għall-ħabta tal-10.30 f’Birkirkara.

Hi kienet liebsa hoodie roża u qalziet u trainers suwed.

Kull min għandu informazzjoni li tista’ tkun ta’ għajnuna hu ġentilment mitlub jgħaddiha, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri 119 jew 21224001 jew fl-eqreb għassa tal-Pulizija.