Kultura

Tmiem il-ġimgħa ta’ festa għat-tfal f’Għawdex

Bejn nhar il-Ġimgħa filgħaxija u l-Ħadd li ġej se tkun organizzata festa kbira ta’ divertiment ghat-tfal fil-Kumpless Sportiv fir-Rabat organizzata mill-Kumitat Milied f’Għawdex. Din hi waħda mill-ħafna attivitajiet li se jsiru f’Għawdex fi tmiem din il-ġimgha parti mill-kampanja “Dan il-Milied: Agħżel Għawdex. Il-Kumitat twaqqaf mill-Ministru għal Għawdex Anton Refalo u qiegħed jitmexxa minn Joe Mifsud.

Iċ-Chairman tal-Kumitat qal li din l-attivita’ hija mmirata għat-tfal biex jiddevertu u jieħdu pjaċir jagħmlu dak li jħobbu jagħmlu, jilgħabu u mingħajr l-ebda ħlas u jgħixu dak li veru hu l-Milied, tifkira tat-twelid ta’ Ġesu’ Bambin.

F’dawn it-tlitt ijiem it-tfal se jkollhom ċans jieħdu sehem f’numru ta’ inizjattivi.

Din l-attivita’ t-tfal se jintalbu jaħsbu f’dawk li jista’ jkollhom bżonn fl-okkazzjoni tal-Istrina u dan waqt li l-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca tkun qegħda ddur mal-irħula Għawdxin fi tmien il-ġimgha dedikat għal Għawdex għall-Istrina.

Dalgħodu ħamest’itfal li bħalissa qegħdin jingħataw kura għal ħtiġijiet li għandhom se jkunu preżenti u jingħataw rigali li huma stess għażlu fil-jiem li għaddew.