Kultura Lokali

Con Amore on Christmas fuq Net Television

Il-Kunċert ‘Con Amore on Christmas’ li sar ftit tal-jiem ilu fis-sala prinċipali tad-Dar Ċentrali kiseb suċċess kbir. Suċċess li issa ser ikunu jistgħu jgawduh wkoll it-telespettaturi ta’ Net Television.

Dan hekk kif il-kunċert li bħala l-protagonista prinċipali kellu lil kantant Aldo Busuttil ser ikun mxandar fuq Net Television nhar il-Milied fin-12:30 u nhar l-Ewwel tas-Sena fl-16:00.

Fil-kunċert ħadu sehem il-kantanti Gaia Cauchi, Eleanor Cassar u Karl Luke Schembri. Ħa sehem ukoll il-kor ‘La Voix’ li kompla daħħal lil udjenza fl-atmosfera.

L-orkestra kienet taħt id-direzzjoni tas-surmast Manoel Pirotta li żgur m’għandu bżonn ebda introduzzjoni fid-dinja mużikali.