Lokali

€5,000 miġbura waqt żewġ attivitajiet organizzati mill-korp tal-Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija organizza żewġ attivitajiet separati bl-għan li jinġabru flus għall-Istrina u l-Community Chest Fund fejn inġabru aktar minn €5,000.

L-ewwel attivita’ ġiet organizzata l-bieraħ ġewwa s-Shooting Range tal-Pulizija Ta’ Kandja, fejn kienet organizzata kompetizzjoni tal-isparar. F’din l-attivita’ ħadu sehem madwar 150 parteċipant u nġabru madwar €1,500.

Illum minn naħa l-oħra kienet organizzata Charity Ride, li bdiet mill-Garaxx tal-Pulizija u spiċċat ġewwa Ta’ Kandja. F’din l-attivita’ kien hemm madwar 425 mutur u nġabret is-somma ta’ madwar €4,000.

Fi stqarrija l-Korp tal-Pulizija rringrazzja lil dawk kollha li għenu u pparteċipaw sabiex dawn l-attivitajiet kienu suċċess.