Omm Ingliża ta’ żewġ ulied, li ngħaqdet mal-ISIS, qed tħajjar lit-tfajliet biex imorru s-Sirja, permezz tal-media soċjali Twitter…u dan bit-tama ta’ “ħajja mill-isbaħ”.
Sally Jones ta’ 45 sena, li kkonvertiet għall-Iżlam, qalet lil ġurnalista li kienet qed tippoża taparsi tfajla ta’ 17-il sena, li hi “qatt m’hi se terġa’ tħares lejn il-flus” u minflok se tqatta’ ħajja tajba, dejjem jekk jirnexxilha tasal is-Sirja biex tkun mara ta’ ġiħaddista.
L-omm bla impjieg minn Chatham f’Kent, li għexet fuq benefiċċji tas-sigurta’ soċjali waqt li kienet qed tgħix fir-Renju Unit, saħqet bl-aktar mod aggressiv fuq l-internet, dwar kemm hi tixtieq taqta’ l-irjus tal-Insara flimkien ma’ żewġha li jiġi binha mill-eta’.
Hi u tuża l-isem ġdid ta’ Sakinah Hussain, l-eks kitarrista ta’ band mużikali punk, żvelat kif il-militanti tal-ISIS qed joffru li jħallsu l-ispejjeż tal-ivjaġġar għal tfajliet adoloxxenti li jridu jsiru nisa ta’ ġiħaddisti.
//= $special ?>