Il-poplu Tuneżin illum qiegħed jivvota fit-tieni rawnd ta’ votazzjoni fl-elezzjoni Presidenzjali. Elezzjoni li l-favorit fiha huwa Beji Caid Essebsi li fl-ewwel rawnd ġab 39% tal-voti.
Essebsi li din il-ġimgħa għalaq 88 sena huwa politiku veteran li kien attiv kemm taħt il-President Zine el-Abedina Ben Ali u l-ewwel mexxej Tuneżin wara l-indipendenza Habib Bourguiba. Huwa għandu rabtiet mill-qrib mal-partit sekulari Nidaa Tounes.
Minn naħa l-oħra l-kompetitur tiegħu huwa Moncef Marzouki ta’ 67 sena li fi żmien it-tmexxija ta’ Ben Ali kien eżiljat. Huwa ilu Aġent President sa mill-2011 u għandu rabtiet mal-partit Ennahda li huwa partit Iżlamiku.
Il-Presidenza fit-Tuneżija għandha poteri limitati.
//= $special ?>