Lokali

Fatti kurjużi dwar ċ-ċitazzjonijiet…iktar minn 855,000 ċitazzjoni fi tliet snin

Kont taf li ċ-ċitazzjonijiet jinħarġu l-inqas fil-gżira Għawdxija? Jew inkella li b’kollox f’Malta jew f’Għawdex hemm kważi 23,000 ċitazzjoni li ma tħallsitx jew ġiet imħallsa?

Dawn il-fatti kienu ppublikati fil-gazzetta Illum, f’artiklu li fih ġiet preżentata statistika dwar l-għoti ta’ ċitazzjonijiet tat-traffiku f’Malta.

B’kollox, fi tliet snin, ingħataw mal-20 miljun u seba’ mitt elf ewro f’ċitazzjoni tat-traffiku. B’kollox, iktar minn 855 elf ċitazzjoni.

U filwaqt li f’dawn l-aħħar tliet snin ingħataw iktar minn 20 miljun ewro f’ċitazzjonijiet, fl-aħħar għaxar xhur tħallsu mas-7.5 miljun ewro.

U fatt kurjuż: fiċ-ċentru ta’ Malta, aktar joħorġu ċitazzjonijiet bl-ispeed cameras milli jingħataw mill-gwardjani lokali.