Forsi matul il-ġimgħat li għaddew waqt li kontu qed tixtru r-rigali tal-Milied, iltqajtu ma’ xi żagħżagħ ibiegħu wristbands roża ta’ Project 7000 fl-inħawi tal-Belt Valletta, il-Floriana, Tas-Sliema u Buġibba. Dan il-proġett, li issa dieħel għat-tieni sena tiegħu, ġie mwaqqaf mill-għaqda Studenti Demokristjani Maltin (SDM) bl-għan nobbli li jinġabru €7000 għall-Istrina.
Madankollu din is-sena, il-kampanja kompliet tikber u l-SDM ħarġet b’forma oħra t’attività bl-isem ta’ Għawma għall-Karità | Project 7000. Din l-għawma se ssir nhar it-Tlieta li ġej fil-11.00 ta’ filgħodu f’Tignè, Tas-Sliema.
Din l-attività se tkun mtela’ bħala parti mill-kampanja ta’ Project 7000, u l-flus li se jinġabru se jkunu parti minn dan il-fond.
L-SDM tħeġġeġ il-pubbliku biex nhar it-Tlieta 23 ta’ Diċembru, jingħaqad magħhom, jieħu għawma kiesħa u fl-istess ħin jagħti donazzjoni għall-karità.
Għal iktar informazzjoni dwar din l-attivita’ tistgħu ssibuha fuq il-link t‘hawnhekk.
//= $special ?>