Kummerċ Lokali

Il-Malta Tourism Society dwar id-deċiżjoni tal-Air Malta

Fi stqarrija il-Malta Tourism Society qalet li filwaqt li tifhem l-importanza ta’ l-introduzzjoni ta’ servizzi low cost tħoss li dawn it-tip ta’ servizzi fil-każ tal-Air Malta jibgħatu messaġġ negattiv lis-suq. L-istqarrija tisħaq li l-esperjenza tal-viżitaturi għandha tiġi ndirizzata mhux billi jitnaqqsu l-ispejjeż iżda billi titjib il-kwalita’ tas-servizz anke permezz ta’ xi benefiċċji.

Il-Malta Tourism Society qalet li d-deċiżjoni tal-Air Malta dwar il-qtugħ tas-servizz tal-ikel fuq it-titjijier minn Jannar 2015 jista’ jwassal għal proċess ta’ diġenerazzjoni tas-servizz u dak li jistenna’ l-passiġġier.

Kull strateġija tisħaq il-Malta Tourism Society għandha tkun waħda li twassal għal titjib fis-servizz u mhux biss tnaqqis fl-ispejjeż.