Tonio Borg illum ser ikun qiegħed jiffirma kopji tal-ktieb ‘Nidħqu Bina Nfusna, Politika bi Tbissima’, ġabra ta’ anedotti politiċi li ġraw tassew. Kollha ġrajjiet li jnisslu tbissima minħabba xi sitwazzjoni skomda jew imbarazzanti li sabu rwieħhom fiha l-politiċi, ġieli tort tagħhom u ġieli le. Huwa ser ikun qiegħed jagħmel dan f’The Point bejn it-tlieta u l-erbgħa ta’ wara nofs in-nhar.
Ktieb li jiuri kif kultant is-sitwazzjonijiet skomdi jidħlu għalihom il-politiċi huma b’xi kelma żejda, iżda drabi oħra ma jkunx tort tagħhom, bħal meta lill-Ministru partikolari ħasbuh il-parker ta’ Pjazza San Ġorġ, jew inkella meta lil Eddie Fenech Adami ħasbu li hu tabib. Il-politiċi jagħmlu kollox għal voti: kandidat Nazzjonalista kellu jnaddaf dentatura ta’ waħda mara għaliex il-carer ma marritx dakinhar; deputat Laburista kellu jqum f’nofs ta’ lejl biex jiġbor anzjana minn ma’ l-art għax waqgħet mis-sodda għax l-anzjana ma riditx tqajjem lit-tifel għaliex l-għada kien xogħol.
Dawn huma biss indikazzjoni tal-ġrajjiet rakkuntanti f’dan il-ktieb.
//= $special ?>