Lokali

Isuq għal fuq il-pulizija wara sejba ta’ droga

Operazzjoni li bdiet il-bieraħ filgħaxija u li ġiet fi tmiemha dalgħodu rat suspettat isuq għal fut tliet pulizija f’tentattiv li jaħrab.

Tard is-Sibt filgħaxija mal-wasla tal-Catamaran fil-Port il-Kbir il-pulizija waqfu mara Niġerjana ta’ 28 sena u wara tfittxija irriżulta li din kienet qed iġorr madwar 3 kilo tad-droga li jidher li hija kokaina. Il-mara nżammet mill-pulizija. Dalgħodu, għal ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu dehret karozza misjuqa minn raġel ta’ 35 sena minn Ħal Safi, li jidher li huwa magħruf mal-pulizija bħala persuna mdaħħla fiċ-ċrieki tad-droga, liema karozza kienet sejra lejn lukanda f’attentat biex ir-raġel jiltaqa’ mal-mara li kienet miżmuma s-Sibt filgħaxija sabiex huwa jiġbor id-droga.

Malli ra l-pulizija r-raġel ir-raġel f’tentattiv biex jaħrab saq għal fuq il-pulizija filwaqt li laqat xi karozzi li kienu pparkjati. Huwa ġie mwaqqaf u arrestat.

Tliet membri tal-korp tal-pulizija sofrew xi ġrieħi.

L-investigazzjoni tal-pulizija qegħda tkompli fejn l-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli ħatret numru ta’ esperti.