Il-kantant magħruf Elton John ilbieraħ iżżewweġ fir-residenza tiegħu f’Windsor f’Berkshire. Hu żżewweġ lil David Furnish li kien ilu f’relazzjoni miegħu għal dawn l-aħħar 20 sena.
B’kollox għaċ-ċerimonja kienu mistednin biss 50 persuna kif ukoll iż-żewġt itfal tagħhom. Elton John u Furnish kienu daħlu f’civil partnership ftit wara li dan sar possibbli fir-Renju Unit fl-2005.
Aktar kmieni din is-sena Elton John qal li hu u Furnish kienu qed jippjanaw li jiżżewġu wara li f’Marzu l-Ingilterra u Wales bdew jippermettu ż-żwieġ bejn in-nies tal-istess sess.
Fil-bidu tal-karriera tiegħu, Elton John kien iżżewweġ mara imma aktar tard hu ħareġ fil-beraħ li kien omosesswali.
Iżżewweġ Elton John
