Bidliet fi Pjazza San Pietru għall-festi tal-Milied. Għall-ewwel darba anki l-faċċata ta’ Pjazza San Pietru hi mdawla…. U għad-differenza ta’ dak li kien isir fil-passat, inxtgħel il-presepju tal-Vatikan. S’issa dan kien isir biss Lejliet il-Milied.
Il-Papa Franġisku qal li din il-wirja ta’ dwal fi Pjazza San Pietru ried li jissimbolizzaw it-tama u l-imħabba fost il-bnedmin. Il-Papa tkellem ukoll dwar il-presepju hekk kif madwar id-dinja ħafna skejjel qed iwarbuh.
Il-Papa qal li l-presepju jmiss qalb kullħadd anki dawk li ma jemnux għaliex dan juri l-imħabba, il-ħbieberija u l-paċi.
//= $special ?>