Ambjent Lokali

Persuna tgħin lill-Pulizija wara sparatura fuq kelba tqila

Il-Pulizija qed iżżomm persuna biex tgħin fl-investigazzjonijiet wara li kelba tqila allegatament intlaqtet minn tiri ta’ senter tal-kaċċa, kmieni l-Ħadd wara nofsinhar.

Fil-pussess tagħha l-Pulizija għandha wkoll filmati tas-CCTV mill-propjeta’ ta’ sidt il-kelba stess. Filfatt jidher li kien il-filmat minn din il-kamera tas-sigurta’ li wassal lill-Pulizija għall-persuna li qed tiġi nterrogata.

Il-kleba, tat-tip Labrador, ġiet invistata minn veterinarju u tpoġġiet fuq l-antibijotiċi. Jidher li hu diffiċli biex iċ-ċomb jitneħħa mill-kelba u għad mhux magħruf jekk il-ġriewi ġewx affettwati.