Raġel Indoneżjan ta’ 37 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari ilbieraħ għall-ħabta tat-tmienja u kwart ta’ filgħaxija, ġewwa Triq San Pawl, San Pawl il-baħar.
Minn stħarriġ preliminari jirriżulta li l-vittma waqa’ minn fuq ċint għal ġo residenza privata.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll team mediku li assista lir-raġel. Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei permezz tal-ambulanza.
Aktar stħarriġ għadu għaddej filwaqt li nħatru diversi esperti biex jassistu b’inkjesta Maġisterjali.
//= $special ?>