Internazzjonali

Terġa tintuża l-piena kapitali fil-Ġordan

11 il-raġel li kienu nstabu ħatja ta’ qtil saru l-ewwel nies li fuqhom saret il-piena kapitali fil-Ġordan f’dawn l-aħħar 8 snin. Fl-2006 il-Ġordan kienet ħadet id-deċiżjoni li twaqqaf l-applikazzjoni tal-piena kapitali.

Il-piena kapitali saret permezz tat-tgħalliq kmieni dalgħodu. Il-Ministru tal-Intern Hussein Majali qal li kull stħarriġ tal-opinjoni pubblika kien wera li l-poplu jemmen li ż-żieda fil-kriminalita’ fil-Ġordan kienet minħabba n-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-piena kapitali.

Fid-dinja hawn 58 pajjiż li għandhom il-piena kapitali.